Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe



Kanonku Onorarju Ġdid

tal-Kolleġġjata


 

Fr. Joseph S. Mallia, Kanonku Onorarju tal-KolleggjataFr. Joseph Stephen Mallia twieled Malta fit-3 ta’ Novembru, 1962 minn Joseph Mallia (mill-Kalkara) u Mary Ann Bugelli (minn Bormla) ftit żmien wara li l-familja marret toqgħod Raħal Ġdid.

Fl-1965, telqu minn Malta għal Detroit, Michigan fl-Istati Uniti fejn kien hemm diġa’ qraba oħra. Għadda tnax-il sena fl-iskola primarja u sekondarja tal-lokal. Wara attenda s-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu` f’Detroit u ggradwa B.A. fil-Filosofija fl-1984. Imbagħad daħal f’“St. John Seminary” fi Plymouth, Michigan u kiseb il-“Masters” fl-Istudji Teoloġiċi fl-1987.

Wara żmien igħallem, reġa’ lura fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu` f’Wisconsin u ggradwa “Masters in Divinity” fl-1992. Kien ordnat saċerdot fis-27 ta’ Ġunju, 1992 f’Detroit mill-Kardinal Adam Maida. Kien viċi f’“St. Joseph Parish”, “St. Michael Parish” u “St. Martin de Porres” fuq perjodu ta’ ħames snin. Fl-1997 intagħżel kappillan ta’ “St. Kenneth Parish” u sitt snin wara, kappillan tal-parroċċa fejn qiegħed fil-preżent, “St. Frances Cabrini” f’Allen Park li hi l-istess parroċċa fejn irċieva l-edukazzjoni primarja u sekondarja. Ilu 15-il sena jaqdi l-komunita` Maltija f’Detroit bħala kappillan tal-“Maltese American Community Club”.

Qeda wkoll il-ministeru bħala Vigarju ta’ l-Arċisqof ta’ Detroit għal 8 snin. Tul il-15-il sena tal-ħajja saċerdotali, ġie Malta kull sena biex jara l-familja, ikabbar l-għarfien tal-kultura tiegħu u jieħu sehem fi ġrajjiet speċjali tal-parroċċa ta’ Bormla.

Fr. Joseph Stephen Mallia se jagħmel iċ-ċerimonja ta’ l-investitura bħala kanonku nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Diċembru, 2007 fis-6.30p.m. wara l-quddiesa tas-Salve li se jieħdu sehem fiha l-Bormliżi li joqogħdu barra Bormla. Hu jistqarr li hu unur għalih u għall-familja tiegħu li Mons. Pawlu Cremona o.p. ħatru bħala kanonku tal-Knisja Kolleġġjata Parroċċa ta’ Bormla.

 

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com