Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe

 

 


Reunion għall - membri
u L ' ex Membri tad-Domus Piju IX


Kitba: Charles Sciberras





Nhar is-27 ta’ Jannar 2007, fic-Ċentru Sagra Familja, saret ‘reunion’ għall-membri u l’ex-membri tad-Domus Piju IX.  Domus Piju IX Reunion

Kienet okkazzjoni l-veru sabiħa fejn għal xi wħud serviet sabiex jerġgħu jiltaqgħu ma sħabhom taż-żogħżija li kienu ilhom ma jarawhom aktar minn għoxrin sena.  Kien hemm minn saħansitra ma għarafx lil xulxin.

Din l-okkażjoni bdiet b’quddiesa mmexxija minn Dun Evan Caruana – Arċipriet tan-Naxxar ; li barra li huwa Bormliż bħalna, kien responsabbli minna iż-żgħażagħ ta’ dak iż-żmien. 

Din il-quddiesa ġiet offruta għar-ruħ tal-ex membri li llum qiegħdin igawdu lil daK li tant ħabbu; speċjalment għall-mibki Dun Gustav Barbara li għal ħafna snin kien il-President tad-Domus Piju IX.

Wara l-quddiesa kellna riċeviment fejn fiħ kulħadd beda jirrakonta xi praspura li kien għamel f’dak iż-żmien taż-żogħżija.

Naturalment ma naqasx li l-Arcipriet tagħa Dun Joe Mifsud – il-President attwali, u s-Segretarju is-Sur Sur Johnathan Farrugia jgħamlu kelmtejn ta’ l-okkażjoni.

Kienu mistiednin ukoll Dun Anton Galea Scanura u is-Sur Kenneth Gauci li anima il-quddiesa bil-Kant.

 

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com