Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe



"Emotions"

Wirja Artistika taż-Żgħażugħa
Donna Sansone



Kitba ta' Celaine Buhagiar



 

Emtions

Il-kappella ta’ San Gwann t’Ghuxa f’Bormla li giet inawgurata ufficjalment bhala Centru ta’ Arti u Kultura f’Novembru ta’ l-2006, qed tkompli ghaddejja bil-kalendarju ta’attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla.

Wara t-tnehdija ta’ CD b’selezzjoni ta’ marci funebri ‘Lacryme’ miktuba minn zewg Bormlizi, kien issa jmiss lill-artista z-zghazugha Donna Sansone li tesebixxi l-ewwel xogholijiet taghha f’din il-kapella storika li giet mibnija fl-1682.

Huwa proprju ghall-istorja rikka u l-bini arkitettoniku ta’ zmien il-kavallieri li ghandha marbuta maghha din il-kappella, li Sansone ghazlet proprju li taghmel il-wirja taghha fiha, b’tema marbuta mal-gimgha l-kbira f’ambjent li zgur sebbah l-immagini li offriet Sansone bix-xogholijiet taghha.

Emotions kienet t-tema ta’ din il-wirja li saret f’Marzu fi zmien ir-Randan. Il-pitturi ta’ Donna SansoneSansone wrew l-istadji differenti li ghadda minnhom Kristu li wasslu ghall-passjoni u l-qawmien tieghu. L-istil kien wiehed kontemporanju, tahlita ta’ mediums fuq il-canvas u ghalhekk nistghu nghidu li kienet wirja li nizlet tajjeb ma dawk li zaruwha.

Is-serata tal-ftuh tal-wirja ta’ Sansone kienet wahda pjacevoli hafna, ipprezentata minn Antonella Galea Loffreda b’intervent letterarju ferm addattat minn Joseph Galea, li qara poezija fuq kitba tieghu stess, marbuta mal-jiem tal-gimgha l-kbira.

Iz-zaghzugh Domnic Scerri wera l-kapacitajiet tieghu permezz ta’ intervent muzikali, li daqq fuq il-flejguta, silta qasira li taf l-origini taghha fil-bidu li bdiet tohrog il-purcissjoni f’Bormla, u regghet inghatat il-hajja din is-sena, fejn se tindaqq flimkien mat-tambur.

Kien imiss imbaghad lil kritiku Emmanuel Fiorentino, li minbarra li ta’ deskrizzjoni storika tal-kappella ta’ San Gwann t’Ghuxa, analizza b’tant reqqa u precizjoni ix-xogholijiet ta’ Sansone. L-artista zghazugha ghamlet ukoll id-diskors taghha, u l-entuzjazmu li wriet flimkien ma’ l-apprezzament deher fix-xogholijiet taghha. Irringrazzjat lil kull min ghamilha possibli u ta l-ghajnuna biex il-holma taghha issir realta.

Is-serata inghalqet b’diskors ta’ l-okkazzjoni mis-sindku Is-sur Joseph Scerri, li stqarr li hassu onorat li zghazugh minn barra l-pajjiz ta’ Bormla, ghazlet proprju lil din il-belt bex tniehdi l-ewwel xogholijiet artistici taghha. L-attendenza ghal din is-serata kienet wahda numeruza hafna u li taghmillek hafna kuragg.

Bla dubju, awguri tmur lil kull min qed jahdem biex din il-kappella tinghata l-hajja kif jixirqilha u ssir centru ewlieni ta’ arti u kultura mhux ghal bormlizi biss imma ghal pubbliku li jaf japprezza r-rikkezzi li hija mdawra bihom din il-belt.

 

Photo Gallery : Photography by brianbuhagiar.com

 

 

 

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com