Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Żjara f' Kastilja
Kitba ta' Bellotti Naomi

Studenta fl-Iskola Primarja
Marija Immakulta
Bormla


Nhar it-Tlieta li għadda kellna ħarġa tassew sabiħa morna fil-palazz fejn jaħdem il-Prim Ministru f kastilja. Tlaqna mill-iskola għal xi d-disgħa u kwart. Iltqajna ma l-Prim Ministru, il-mara tiegħu u xi ħaddiema fosthom is-segretarju u 1-messaġġier.


Kien hemm ukoll xi ġurnalisti biex jintervistaw it-tfal. Wara li Itqajna ma' kulħadd għamel diskors il-Prim Ministru. Fost diskorsu qal li għażel lilna l-Bormliżi biex nagħmlu l-kartolini għax għandna motto sabiħ, li hu 'Nistinkaw dejjem biex insiru aħjar.


Qal li kieku kulħadd jistinka biex isir aħjar il-maġġoranza ta-nies iżjed tkun taf l-iskola milli le. Wara d-diskors għamilna qisu festin żgħir f waħda mill-kmamar tal-palazz. Rajna l-kamra fejn jiltaqa' l-kabinett u morna wkoll fl-uffiċċju tiegħu.


Fl-uffiċċju kien hemm xi tfal biex issaqsuh xi domandi. Vera ħadt gost f'din il-kamra. X'ħin ħriġna kien hemmm xi ġurnalisti biex jagħmlu lit-tfal xi intervista żgħira. Jien kont waħda minnhom. Staqsewna x'sodisfazzjon ħadna u x'tip ta' kartolina ħadt sehem fiha.


Għidt li konna vera fortunati li intagħżlet l-iskola tagħna. U rrakontajt kif għamilna 1-kartolina tagħna. Biex għamilna l-kartolina konna grupp u kollha qbilna.


Fl-aħħar nett vera ħadt gost għax iltqajt ma l-Prim Ministru u martu. Rajt ħafna kmamar sbieħ u għal ħafna affarijiet oħra nixtieq kieku nerġa mmur.



© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com