Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Ġurnata Memorabbli
għall-Komunita' tas-Sorijiet
Orsolini Ta' Bormla

kitba ta' Sr. Roberta Spiteri

Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Ottubru 2006, kienet ġurnata memorabbli għall-komunita` tas-sorijiet Orsolini ta’ Bormla, għax iċċelebraw egħluq il- 50 sena mit-tberik tal-kappella tad-Dar tagħhom, iddedikata lill-Madonna ta’ Fatima. 

Tul dawn is-snin kollha minbarrra dan l-aħħar żmien, il-Kanonku Primiċerju Dun Ġużepp Zammit kien jieħu ħsieb din il-kappella.  Lil dan, is-sorijiet kienu jqisuh bħala l-kappillan tagħhom.  Għal bosta snin wara li tbierket, kienet issir quddiesa kuljum matul il-ġimgħa u kienu jsiru wkoll il-funzjonijiet tal-Milied u tat-tliet ijiem tal-Ġimgha l-Kbira u r-Rużarju ta' kull sena matul ix-xahar t'Ottubru. 

Nhar it-13 ta' Mejju li tkun l-ewwel dehra tal-Madonna ta' Fatima għada sal-lum tigi ċċelebrata l-festa lill-Madonna.

Il-komunita tas-sorijiet ma baqax ikollhom il-quddies ta' kuljum.  Ir-raġunijiet kienu li n-nies ta' l-inħawi ma baqghux jattendu u s-saħħa t' Dun Ġuzepp bdiet tiddgħajjef minhabba l-mard.  Fil-preżent is-sorijiet jattendu jew fil-Knisja t' San Pawl jew fil-parroċċa.

Biex ifakkru dan l-anniversarju s-sorijiet organizzaw quddiesa konċelebrata mill-Wisq Rev. Arċipriet il-Kanonku Dun Joe Mifsud mgħejjun mill Kanonċi Dun Ġużepp Zammit u Dun Joe Bonello.

Il-kappella kienet mimlija nies ta' l-inħawi u s-sorijiet tal-Kongregazzjoni ta' l-Orsolini li kienu mistiedna għall-okkazjoni, fosthom il-Madre Generali Madre Judith Busuttil. 

Il-quddiesa kienet animata mill-kor tas-sorijiet Orsolini mmexxi minn sr. Magdalene Cauchi u wara l-quddiesa sar riċeviment fl-istess Dar.

 

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com