Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe

Il-50 Sena ta' Ordinazzjoni
saċerdotali tal- Kan. Prim. Dun Ġużepp Zammit

Kan. Prim. Dun Ġużepp ZammitDun Ġużepp twieled nhar il-25 ta’ Jannar ta’ l -1928 ġewwa Bormla. Il-ġenituri tiegħu kienu Lorenzo Zammit u Gejta Azzopardi.

 

Studja fis-Seminarju u ġie ordnat bħala saċerdot fis-17 ta’ Marżu ta’ l-1956, flimkien ma’ tnejn u tletin saċerdot ieħor fosthom il-Kan. Pen. Dun Joe Abela.

 

Wara kienet saret Il Prima Messa solenni ġewwa Bormla.

 

 

Ħidma Pastorali

Qaddes l-ewwel quddiesa tiegħu fil-Parroċċa Kolleġġjata ta’ Bormla u wara ftit xhur beda jagħti is-servizzi tiegħu fil-Kappella tas-Sorijiet ta’ l-Orsolini, fejn wara sar ukoll id-Direttur Spiritwali- pożizzjoni li baqa’ jagħmel sas-sena 2000 – meta infetħet id-Dar ta’ l-Anzjani ġewwa Bormla.

F’Novembru ta’ 1956 kien ta  l-għajnuna fil-Missjoni ż-Żgħira ġewwa ir-raħal tas-Siġġiewi u dar Malta kollha. Kien jokkupa il-kariga ta’ kaxxier, kariga li għadu jżomm sal-lum il-ġurnata.

Dun Gaetano Zammit, kien avviċina lil Dun Ġużepp sabiex jibda jgħin ukoll fl-amministrazzjoni tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann, biex fi Frar ta’ l-1957 beda jokkupa l-kariġa ta’ Assistent Amministratur, kariġa li baqa’ jokkupa ukoll sal-lum il-ġurnata.

Kien f’dawn iż-żminijiet ukoll li l-Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Bastjan ġewwa Ħal-Qormi, Dun Ġużepp Cauchi talab lil Dun Ġużepp biex jgħinu fil-qrar. U b’dedikazzjoni kbira Dun Ġużepp baqa’ jmur iqarar sa Novembru 2004.

Kanonku

Fl-1960 sar Kanonku tal-Kolleġjata u wara Primiċerju. Fl-1986 ġie maħtur bħala Prokuratur tal-Fratellenża tal-Kurċifiss u għal żmien twil kien jieħu ħsieb l-Oratorju u l-Purċissjoni ta’ l-Irxoxt. Kien jorganiżża ukoll il-festa tas-Salib li sir fit 3 ta’ Mejju.

Dun Ġużepp dejjem għamel id-doveri tiegħu sewwa u ta s-sehem tiegħu f’kull funżjoni jew purċissjoniji li saret, anke jekk dawn kienu jkunu fit-tul. Dejjem qaddes fil-Parroċċa speċjalment xi tmiem il-ġimgħa.

Illum il-ġurnata Dun Ġużepp jinsab residenti ġewwa d-dar ta’ l-anzjani ta’ Bormla, fejn hawn ukoll qiegħed ikompli bil-ħidma tiegħu saċerdotali fost il-komunita anzjana ta’ din id-dar.

Nifirħu lil Dun Ġużepp u nixtiqulu Ad Multos Annos .

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com