Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet


TA’ ŻMIENNA U GĦAL ŻMIENNA


Kan. Joe Mifsud


 

Nies ta’ denominazzjoni differenti mill-Knisja Kattolika jmaqdru u anke jirredikolaw il-qima ta’ l-Insara lill-qaddisin. Xi wħud jaħsbu li dawn jieħdu l-post ċentrali fil-fidi u fil-qima ta’ Ġesu` l-Mulej.

Dan mhux veru u aħna l-Insara qatt ma nippermettuh. Lanqas Marija, Omm Ġesu` u Sultana tal-Qaddisin kollha ma tieħu l-post ċentrali ta’ Ġesu`, li hu l-medjatur waħdieni bejn Alla u l-bnedmin.

 

 

Allura kif u għalfejn jidħlu l-qaddisin?

Il-qaddisin bħala persuni qaddisa huma magħqudin fi Kristu li “miet għal kulħadd” b’mod li kull ma wieħed jagħmel jew isofri fi Kristu u għal Kristu, ikun ta’ frott għal kulħadd (K.K.K. 961).

Din l-għaqda tinfirex ma’ dawk li qed jissaffew mit-tinġis tad-dinja u aħna li għadna mexjin f’din id-dinja lejn is-sema. Alla fl-imħabba ħanina Tiegħu jisma’ t-talb tagħna u t-talb li l-qaddisin jagħmlu quddiemu għalina.

Il-ġrajja li biha l-Knisja Universali qed tiddikjara lil Dun Ġorġ Preca bħala qaddis għandha twasslilna messaġġ qawwi u attwali għalina lkoll. Hi okkażjoni biex naraw ir-realta` ta’ ħajjitna fid-dawl tal-fidi f’Alla; billi nżommu b’mudell lil Dun Ġorġ li twaħħad ma’ Alla. Ieqaf aħseb ftit fuq xi kliem li qal.

  1. Għal uħud Alla hu żero kbir.
  2. Il-fidi kollox, uliedi.
  3. Waqt il-prova kollox.
  4. Ġid lil kulħadd,, deni lil ħadd.
  5. It-tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid.
  6. Xogħol ix-xitan hu li jbiegħed il-bnedmin mis-smiegħ tal-Kelma t’Alla.
  7. Id-dnub hu l-akbar għadu ta’ Alla u ta’ min jagħmlu.
  8. Il-Knisja ta’ Kristu hija omm ħanina lejn kulħadd, speċjalment lejn il-midinbin.

 

Għandna grazzja kbira biex nerġgħu lura jekk tbegħidna, nikbru fl-interess jekk aħna bierda u ndifferenti, nitħeġġu jekk miexja fit-triq, nipperseveraw jekk kbirna fir-rieda u l-impenn. Il-Mulej Ġesu`, bl-interċessjoni ta’ Dun Ġorġ jagħti lil familtek u lilek il-grazzja li teħtieġ fil-mument preżenti biex tasal għas-salvazzjoni ta’ dejjem.

 

 

L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com