Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


ASSEMBLEA PARROKKJALI


Kitba ta’ Mary Darmanin
Segretarja (K.P.P.)

9 ta’ Novembru 2006

ANIMAZZJONI TAL-FIDI

Żgur li hawn bosta opportunitajiet li jgħinuna biex nikbru fil-fidi. Hawn ħafna gruppi fejn wieħed jista’ jingħaqad magħhom : Socjeta tal-Mużew : Subien u Bniet

  • Azzjoni Kattolika
  • Legion of Mary
  • Grupp Single Mothers
  • Grupp Żgħażagħ.

Minbarra dawn fil-quddies ta’ nhar ta’ Ħadd isir ħafna tagħlim, u dan qed ikun interessanti bl-użu tal-Powerpoint.

L-iskola it-tfal jitgħallmu ir-Reliġjon fejn minn eta ċkejkna jitgħallmu fuq Ġesu’. Madankollu it-tagħlim bl-amment jirrendi dan is-suġġett bħas-suġġetti l-oħra u dan ma tantx jgħin biex it-tfal isiru aktar jafu ‘l Ġesu’.

Meta wieħed iqis kollox, hawn ħafna opportunitajiet fejn wieħed jista’ jkabbar il-fidi tiegħu. 

Suġġerimenti :

L-ewwelnett għandna nkabbru fina nfusna l-fidi permezz tat-talb u s-smigħ tal-kelma t’Alla, biex wara bl-eżempju tagħna nħajru ‘l oħrajn jersqu lejn Ġesu’.

  • Evanġelizazzjoni.
  • Kors tal-Bibbja.
  • Is-saċerdoti bl-eżempju tagħhom u bir-rapport li jistgħu joħolqu mal-poplu, jistgħu jiġbdu n-nies aktar lejn il-knisja

 

ĊELEBRAZZJONI TAL-LITURĠIJA

Iċ-ċelebrazzjonijiet marru xi ftit aħjar.  L-użu tal-Powerpoint għin mhux ftit fl-interess kif ukoll fl-attenzjoni waqt il-quddies.L-għasar li jingħad bħala parti mill-quddiesa.

 

 

 

 

 

 

 

Suġġerimenti:

  • Mal-Powerpoint ikun inkluż il-kant
  • Kors għall-letturi.
  • Bżonn ta’ ħin ta’ skiet waqt/wara t-tqarbin
  • Membru min-naħa ta’ Sta. Tereża jkun membru Kummissjoni Liturġija
  • Issir adorazzjoni darba fil-ġimgħa f’xi knisja oħra, barra San pawl.

 

 

 

 

 

 

 

FORMAZZJONI OPERATURI PASTORALI

M’hemmx dubju li kulħadd għandu bżonn ta’ formazzjoni.

Xi wħud għandhom bżonn aktar minn oħrajn.

Il-formazzjoni li tingħata għandha ssir b’mod interessanti, kif ukoll li tirrifletti l-ħtiġijiet taż-żminijiet tal-lum.

 

Il-knisja għandha tuża il-mezzi ta’ komunikazzjoni moderni biex tilħaq lil kulħadd. Televiżżjoni, Radju, Internet…

 

 

Dan għandu jsir kemm fuq bażi ta’ parroċċa kif ukoll fuq bażi ta’ djocesi.

Laqgħat ta’ formazzjoni li jsiru fiċ-Ċentru Sagra Familja mhumiex aċċessibli għal dawk li joqogħdu fiż-żona ta’ Sta. Margerita u postijiet oħra.

Il-ħajja fil-familja saret tant ikkomplikata li xi wħud jgħidu li ma jistgħux jattendu għal dawn il-laqgħat, għax m’għandhomx żmien.

 

 

 

 

 

OQSMA PARTIKOLARI

Fil-parroċċa jeżisti faqar spititwali u materjali speċjalment f’ċerti żoni bħal Verdala, Sta Helena…

Is-sisters ta’ Madre Tereża qed jgħinu, iżda għandhom bżonn l-għajnuna biex iwettqu l-missjoni tagħhom f’dawn iż-żoni.

Fil-familji hemm nuqqas ta’ dixxiplina. Certi tfal għandhom bżonn attenzjoni personali u partikolari.

 

 

 

Hemm bżonn ta’ kuntatt fuq bażi ta’ wieħed  ma’ wieħed. Il-ġenituri għandhom bżonn ta’ min jeduka lilhom.

Iż-żgħażagħ jistgħu jgħinu f’dan il-qasam jekk isibu min jgħinhom biex iwettqu xogħol ta’ voluntarjat.

Naturalment dan jitlob ħafna riżorsi li mhux facli li jinsabu.

 

 

 

 

 

ĦAJJA SINODALI

L-għaqdiet tal-parroċċa jistgħu jorganizzaw attivitajiet flimkien:

  • Laqgħat ta’ talb li m’hemmx għalfejn ikunu fit-tul.
  • Darba/darbtejn fis-sena rappreżentant/a minn kull għaqda jiltaqgħu u jaraw x’ħidma tista’ ssir b’risq il-parrocca..

 

 

 

 

  • Kull għaqda tista’ tidentifika xi bżonnijiet spiritwali u socjali u wara wieħed jara x’jista’ jsir dwar il-problemi li jkunu identifikati.

Il-parroċċi tal-Kottonera jorganizzaw mqar darba f’sena laqgħa ta’ formazzjoni għall-operaturi pastorali u lajċi mpenjati.

Stedina minn parroċċa għall-oħrajn biex membri jieħdu sehem flimkien f’okkażżjoni/ijiet partikolari ; e.g. waqt it-tħejjija għall-festa,  xi jum ta’ devozzjoni, u oħrajn.

  • Jorganizzaw xi outings fejn wieħed jieħu l-opportunita biex jgħallem.
  • Isiru kuntatti biex jittellgħu xi programmi ta’ tagħlim fuq xi radju lokali.

 

PROMOZZJONI TA’ VALURI U TAGĦLIM SOCJALI

Il-knisja qed tagħmel li tista’ biex tieħu ħsieb nies fil-bżonn, kemm materjalment kif ukoll spititwalment.

Fil-parroċċa hawn ħafna faqar. Prodotti li jiġu mill-E.U. jitqassmu lil dawn in-nies u din tista’ sservi ta’ okkażżjoni biex dawn jersqu lejn il-knisja.

Is-sorijiet Franġiskani jagħtu tagħlim mingħajr ħlas lil dawk it-tfal li ma jkunux jistgħu jħallsu.

Il-leġjonarji ta’ Marija jgħaddu tagħrif lill-Arcipriet dwar xi familji tassew  fqar u minn hemm l-Arċipriet jieħu l-azzjoni xierqa.

 

Ċertu faqar aktarx li mhuwiex faqar, iżda nuqqas ta’ għaqal min-naħa tal-familji. Dawn xorta għandhom bżonn l-għajnuna, mhux finanzjarja, daqs kemm ta’ edukazzjoni, kif wieħed għandu jqassam bil-għaqal ir-riżorsi tal-familja.   

Sar suġġeriment li ssir lista ta’ familji fil-bżonn u wara jsir studju biex wieħed jara x’jista’ jsir dwar din il-problema.

NUQQASIJIET U BŻONNIJIET

Għal darb’oħra reġgħet issemmiet il-quddiesa; din għandha tkun animata b’mod sabiħ u l-qassis jinżel għall-livell tan-nies. Hemm bżonn ta’ quddiesa għat-tfal u ż-żgħażagħ kull nhar ta’ Ħadd u mhux darba fix-xahar.

  • Jinħass il-bżonn li jiġu sacerdoti minn barra l-parrocca biex iqarru, u l-qrar ma jsirx biss fis-sagristija.
  • Sacerdoti u lajċi jżuru lill-familji biex dawn iħossuhom parti mill-parroċċa u b’hekk jersqu lejn il-knisja.
  • Isiru boards fejn fihom jintwera n-numri ta’ l-innijiet li jkunu se jitkantaw waqt il-quddies.
  • Nhar ta’  Sibt issir quddiesa l-Konservatorju.
  • Fil-Knisja ta’ Sta. Margerita l-avviżi tal-parroċċa ma jinqrawx.
  • Intweriet ix-xewqa li l-Arċipriet iqaddes darba kull tant fil-knisa ta’ Sta. Margerita. (Dan jista’ jsir billi l-patri iqaddes fil-parroċċa minflok l-Arċipriet).
  • Diffikultajiet fil-knisja ta’ San Pawl waqt il-quddiesa.
  • Waqt li t-tfal ikunu d-duttrina, l-ġenituri jistgħu jaraw xi video b’tema reliġjuża u/jew kulturali.
  • Il-parroċċa jkollha lista ta’ l-e-mail addresses tan-nies fil-parroċċa biex tintuża skond il-bżonn.
  • Informazzjoni u avviżi ma jaslux lin-nies ta’ ċerti żoni.
  • Hemm vojt għat-tfal, wara li dawn jirċievu s-sagrament tal-Griżma.
  • Hemm bżonn tintwera aktar devozzjoni wara t-tqarbin.
  • Il-fuljett ma jasalx fiż-żona ta’ Sta. Liena.
  • Laqgħat ta’ formazzjoni isiru f’postijiet oħra, mhux fic-Ċentru Sagra Familja biss.
  • Issir pastorali fil-każini.

 

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com