Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Iċ-Ċensiment f' Bormla
Kitba ta' Marouska Mallia

Nhar is-Sibt 19 u l-Ħadd 20 ta’ Novembru, 2005, fil-Gżejjer Maltin sar iċ-ċensiment ta’ l-attendenza tal-quddies, organizzat mid-DISCERN (Institute for Research on the Signs of the Times). Mir-riżultat naraw illi fl-aħħar għaxar snin, jiġifieri mill-1995 sal-2005, l-attendenza tal-quddies fil-Gżejjer Maltin naqset bi 11%. Il-persentaġġ tal-Maltin u l-Għawdxin li jattendu għall-quddies huwa ta’ 52.6%; l-attendenza tal-Maltin hija ta’ 51% fil-waqt li ta’ l-Għawdxin hija ta’ 72.7%.

Iċ-ċensiment għall-attendenza tal-quddies f’Bormla sar f’diversi knejjes. Dan sar fil-Knisja Parrokkjali Marija Immakulata Kunċizzjoni, fil-kunvent tas-Sorijiet Franġiskani, fil-Konservatorju ta’ San Ġużepp, fil-Knisja ta’ San Pawl, fil-Knisja ta’ Sta. Tereża kif ukoll fil-kappella ta’ San Tumas. Fiċ-ċensiment l-attendenza tal-quddies f’Bormla kienet ta’ 2,587 persuna. Din l-attendenza turi kemm attendew nies fil-knejjes ta’ Bormla, jiġifieri kemm dawk residenti Bormla kif ukoll dawk li mhumiex residenti Bormla. F’Tabella 1 naraw kemm kienet l-attendenza f’kull knisja f’Bormla:

Knisja

Numru ta’ persuni li
attendew għall-quddies

Knisja Parrokkjali Bormla

1,600

Kunvent tas-Sorijiet Franġiskani

11

Knisja ta’ Sta. Margerita

53

Konservatorju ta’ San Ġużepp

71

Knisja ta’ San Pawl

161

Knisja ta’ Sta. Tereża

657

Kappella ta’ San Tumas

34

Tabella 1 -In-numru tan-nies li attendew għall-quddies f’kull knisja li sar iċ-ċensiment f’Bormla.

Nistgħu naraw ukoll ir-riżultat ta’ l-attendenza għall-quddies ta’ dawk residenti Bormla. L-attendenza fiċ-ċensiment kienet ta’ 1,966 jiġifieri 39.1%. Minn dawn l-1,966 li attendew 44.39% kienu tas-sess maskili, fil-waqt li 55.61% kienu tas-sess femminili. F’tabella 2 naraw il-varjazzjoni fl-etajiet ta’ dawk residenti Bormla li attendew għall-quddies fiċ-ċensiment

 

Eta’

0 -6

7 – 14

15 -24

25 – 49

50 – 64

65 – 79

80+

Attendza għall-quddies

0.1%

11.1%

10.7%

21%

28%

24.1%

4.9%

 

 

 

Tabella 2  -  Persentaġġ ta’ l-attendenza għall-quddies tan-nies residenti Bormla skond l-eta`

Bormla għandha popolazzjoni ta’ 6,200. Mir-riżultat li ħareġ taċ-ċensiment naraw li 1,966 mis-6,200 li setgħu jieħdu sehem fiċ-ċensiment attendew għall-quddies.  Dawk it-tfal li kienu għadhom m’għamlux l-Ewwel Tqarbina, u xi morda jew anzjani li ma joħorġux mid-dar ma setgħux jipparteċipaw fiċ-ċensiment. Skond iċ-ċifri nazzjonali dawn jammontaw għal 10.861% (6.539% tfal, 4.322% morda / anzjani eċċ.). Għalhekk nikkalkulaw li ċ-ċifra ta’ 6,200 trid tonqos.

Ta’ min jinnota li miċ-ċensiment ta’ l-1995 għal dawk ta’ l-2005, iċ-ċifra li kienet ta’ 48.51% naqset b’9.41%.

 

 

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com