Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Ġurnata Memorabbli
għall-Fundazzjoni
Bormliża Persuni b’Diżabilita`
Kitba ta' Ramona Cassar

 

Kif nafu lkoll kemm aħna, nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Settembru, 2006, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Marija Bambina, jew kif inhi magħrufa aħjar mal-Maltin bħala l-Vitorja. Għal ħafna minnkom, speċjalment għal min jaħdem, kienet ġurnata ta’ mistrieħ, fejn kulħadd nimmaġina jiena, ħa l-opportunita` li jagħmel forsi diversi affarijiet differenti, li s-soltu ma jagħmilx matul il-ġimgħa, minħabba mpenji ta’ xogħol, bħal per eżempju żgur li bosta minnkom ħadtu l-okkażjoni li tmorru għall-festa tal-Vitorja, jew inkella tmorru taraw ir-Regatta Nazzjonali.

Id-Dħul għall-ġnien kif kien qabelImma żgur mhux l-istess għall-Fundazzjoni Bormliża għall-Persuni b’Diżabilita`. Id-data tat-8 ta’ Settembru, 2006, kienet u ser tibqa’ memorabbli fl-istorja ta’ din il-Fundazzjoni, minħabba fatt li wara ħafna xogħol u mpenn li taw kemm il-membri tal-kumitat, u kif ukoll bosta nies oħra, ġie nawgurat ġnien li jinsab eżatt maċ-Ċentru, u dan iġib l-isem ta’ Golden Hearts Club, li l-iskop prinċipali hu li jservi ta’ post ta’ rikreazzjoni għall-Persuni b’Diżabilita` tal-Kottonera, li jattendu ċ-Ċentru b’mod regolari għad-diversi lezzjonijiet differenti li aħna noffru, għall-familjari u l-ħbieb tagħhom.

Ittieħdet din id-deċiżjoni li dan il-foss jinbidel fi ġnien, wara li l-kumitat ra l-istat Id-Dħul għall-ġnien issadiżastruż li kien jinsab fih dan l-istess foss, fejn qabel sfortunatament kien jintuża għal skopijiet mhux daqshekk ta’ ġid.

Għal din l-okkażjoni speċjali attendew apparti l-istudenti li jattendu b’mod regolari dan iċ-Ċentru, flimkien mal-familjari tagħhom, xi wħud mill-għalliema li jiġu jagħtu l-lezzjonijiet lil dawn l-istudenti b’mod volontarju, u fl-aħħar u mhux l-inqas l-Arċipriet ta’ Bormla, Dun Joe Mifsud.

Il-ġnien min ġewwaDin iċ-ċerimonja simbolika nfetħet bid-diskors li għamel is-Sur Karol Spiteri li huwa l-President ta’ din l-istess Fundazzjoni fejn fost oħrajn semma wkoll xi proġetti ġodda li hemm ippjanati li jsiru fil-futur, fosthom li ġo dan il-ġnien stess, ser jibdew jiġu mistiedna jingħaqdu magħna diversi organizazzjonijiet oħra dejjem fejn għandu x’jaqsam mal-persuni b’Diżabilita` minn żmien għal żmien, u li sejrin jinfetħu l-applikazzjonijiet biex ikunu jistgħu jingħaqdu magħna, iktar persuni b’diżabilita` mill-Kottonera, biex ikunu jistgħu jiggwadanjaw ukoll, mis-servizzi li aħna noffru, għax kif jgħidu l-Ingliżi “The more the merrier”.

Ma setax jonqos ukoll li f’din l-okkażjoni sar ukoll diskors qasir, u ngħatat il-barka mill-Il-ġnien ġewwaArċipriet stess. Wara wieħed mill-istudenti tagħna, Alan Micallef, kixef plakka kommemorattiva li ntramat għal din l-okkażjoni.

Kif inhu xieraq għal din l-okkażjoni saret ukoll bibita fejn fiha kull min kien preżenti kellu ċ-ċans li jammira x-xogħol kbir li sar f’dan il-ġnien. Fl-aħħarnett nixtieq nagħlaq dan l-artiklu tiegħi, billi nirringrazzja minn qalbi, lill-Kunsill Lokali ta’ Bormla u lil dawk kollha li taw sehemhom biex ikollna dan il-ġnien. U kif iġib l-istess isem dan il-ġnien, dawn in-nies kollha flimkien ma’ oħrajn li jagħtu sehemhom matul is-sena, biex ix-xogħol minn din il-Fundazzjoni, ikun jista’ jkompli għaddej, dawn kollha għandhom “Qalb tad-Deheb”.

 

Grazzi ħafna!

 

 

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com