Untitled Document

 articles | directory | photo galleries | archives | pastoral programe |            admin

Notice Board  
 
Niltaqgħu Nhar...
 
   
Scrolling News
    Għada t-Tnejn tibda r-reġistrazzjoni tat-tfal fil-klassijiet tad-duttrina. Il-ġenituri, akkumpanjati mit-tfal għandhom jiktbu lil uliedhom fiċ-Ċentri tad-duttrina. Tinsewx kemm huwa mportanti li t-tfal jattendu regolari għall-lezzjonijiet tad-duttrina.

    Infakkar ukoll lill-ġenituri tat-tfal li fl-aħħar ta’ Ottubru se jirċievu l-Griżma tal-Isqof, li s-Sibt 7 ta’ Ottubru se jsir is-seminar tal-Griżma fl-iskola ta’ De La Salle. Għal dan is-seminar huma mitluba li jattendu kemm il-ġenituri t-tnejn u anke t-tfal. Dan is-seminar huwa obbligatorju biex it-tfal jirċievu l-Griżma tal-Isqof u se nkunu qed nimmarkaw l-attendenza kemm tal-ġenituri kif ukoll tat-tfal. It-tfal li jattendu jingħataw il-biljett li bih ikunu jistgħu jirċievu dan is-sagrament.

    “Kif tmexxi d-dar aħjar?” – kors qasir li se jibda f’San Filippu, l-Isla kull nhar ta’ Tnejn minn Ottubru.

    Nhar il-Ħadd li ġej l-1 ta’ Ottubru, se ssir laqgħa tal-vokazzjonijiet fis-Seminarju, għat-tfal subien li issa qegħdin Form 2. Is-subien ta’ Form 3 għandhom weekend live-in fis-Seminarju is-Sibt u l-Ħadd 7 u 8 ta’ Ottubru. Dawk li qegħdin Form 5 jew Sixth Form għandhom weekend live-in fis-Seminarju bejn is-27 u 29 ta’ Ottubru. Inħajjar ħafna lill-ġenituri biex iħeġġuhom jattendu. Għal min jixtieq hemm id-dettalji fuq in-notice- board fis-sagristija.

    Bil-għajnuna t’Alla, sal-Festa għandu jkun lest ir-restawr tal-arloġġ tal- Knisja. Bil-għajnuna t’Alla wkoll lestejna u ħallasna r-restawr tal-koppla tal- Kurċifiss u fadal l-aħħar ftit xogħol fuq l-ilsien tal-qanpiena l-kbira. Fadlilna madwar €5,000 biex jinġabru l-flus kollha. Malli tisimgħu l-ewwel tokki tal-arloġġ u tal-qampiena l-kbira għidu li l-Arċipriet għadu kif għamel ċekk ta’ €10,500. Nitlobkom tgħinuna ħalli niġbru l-aħħar biċċa li fadlilna mis-somma.Nirringrazzjakom.

    Il-Kelma tal-Arcipriet - Settembru 2017
    01-09-2017 read more

 

 

Il-Ħajja tal-Parroċċa
Ingħaqdu mal-Komunita'
  • Alaizah Gatt Arnaud
  • Analeah Zammit
  • Drayken Carmine Ferraro
  • Kylienne Gatt Arnaud
  • Mert Bernard Yuce
  • Raquel Cauchi Cassar

 Familji Ġodda

  • Kevin Spiteri ma’ Amanda Spiteri Seisun (29-7-17)
  • Kurt Vassallo ma’ Daniela Mizzi (22-7-17)
 Għaddew Għall-Ħajja  Eterna
  • Alfred Galea (77 sena)
  • Carmel Cutajar (69 sena)
  • Carmelo Darmanin (77 sena)
  • Carmen Muscat (72 sena)
  • Joseph Caruana (85 sena)
  • Maria Concetta Agius (71 sena)
 Nifirħu lil...
 

Wednesday, September 27, 2017
Tifkira ta’ San Vinċenz de Paule.

Friday, September 29, 2017
Festa tal-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel. Nitolbu llum lill-Arkanġli Mqaddsa biex jiddefenduna u jħarsuna fit-triq tagħna lejn Missierna tas-Sema. Huma jinsabu dejjem quddiem il-Mulej jagħtu glorja lil ismu qaddis.

Saturday, September 30, 2017
Tifkira ta’ San Ġlormu. Is-6 Sibt tal-Kunċizzjoni – Niddeċiedu fil-kuxjena.

Sunday, October 01, 2017
Is-26 Ħadd Matul is-Sena A.

Wednesday, October 04, 2017
Tifkira tal-Anġli Kustodji Mqaddsa. L-ewwel u qabel kollox l-anġli huma msejħin biex jikkontemplaw il-wiċċ ta’ Alla fis-sebħ kollu tiegħu. Huma wkoll mibgħuta mill-Mulej biex jakkumpanjaw u jgħinu lill-bnedmin fit-toroq tal-ħajja. Nirringrazzjaw illum lil Alla li għoġbu jagħtina Anġlu personali għalina biex jieħu ħsiebna fir-ruħ u fil-ġisem.

Thursday, October 05, 2017
Tifkira ta’ San Franġisk t’Assisi

Friday, October 06, 2017
Tifkira ta’ Santa Marija Fawstina Kowalska – Appostlu tal-Ħniena Divina. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6.00 pm quddiesa u wara purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. Waqt il-purċissjoni nitolbu r-rużarju flimkien għall-bżonnijiet tal-familji u tal-parroċċa tagħna.

Saturday, October 07, 2017
Tifkira tal-Madonna tar-Rużarju. Ningħaqdu llum ma’ Ommna Marija Santissima u ma’ binha Ġesù’ u nikkontemplaw il-ħajja tagħhom flimkien bil- Ferħ, Tbatija u Glorja fid-Dawl tas-Saltna t’Alla. Is-7 Sibt tal-Kunċizzjoni – L-Għalqa tad-Dwieli. Fis-6.00 pm f’De La Salle, jibda l-irtir għall-ġenituri u t-tfal li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof.

Sunday, October 08, 2017
Is-27 Ħadd Matul is-Sena A. Waqt il-quddiesa tas-7.00 am l-Arċipriet jagħtui l-mandat uffiċċjali lill- Missjunarji Franġiskani li se jwettqu żjajjar fil-familji in-naħa ta’ Fuq San Pawl.

Thursday, October 12, 2017
Coffee-morning bit-tombla b’risq il-parroċċa.

Saturday, October 14, 2017
It-8 Sibt tal-Kunċizzjoni – L-Ikla tat-Tieġ – il-Knisja.

Sunday, October 15, 2017
It-28 Ħadd Matul is-Sena A.Tifkira ta’ Santa Tereża ta’ Avila, verġni u duttur tal-Knisja. Nitolbu llum għaż-żewġ kommunitajiet Tereżjani fil-parroċċa tagħna – patrijiet u sorijiet tal-klawsura. Nitolbu lil Alla iberikhom b’għadd ta’ vokazzjonijiet. Fit-8.00 am tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Santa Tereża fil-Knisja ta’ Santa Tereża. Fil-5.30 pm issir il-Festa ta’ Santa Tereża fil-Knisja ta’ Santa Margerita.

Wednesday, October 18, 2017
Festa ta’ San Luqa Evanġelista.

Thursday, October 19, 2017
Coffee-morning mingħajr tombla b’risq il-parroċċa.

Saturday, October 21, 2017
Id-9 Sibt tal-Kunċizzjoni – In-Nisrani u s-Setgħa Civili.

Sunday, October 22, 2017
Id-29 Ħadd Matul is-Sena A u l-Ġurnata Missjunarja. Nitolbu għall-Missjoni u l-missjunarji u nagħtu d-donazzjonijiet tagħna għat-tixrid tal-Kelma t’Alla lill- popli fil-bżonn. .

Saturday, October 28, 2017
Festa ta’ San Xmun u San Guda - Appostli. I-10 Sibt tal-Kunċizzjoni – L-imħabba ta’ Alla u l-imħabba tal-Proxxmu.

Sunday, October 29, 2017
It-30 Ħadd Matul is-Sena A.


 

Full Length Immaculate

Ħinijiet tal-Uffiċċju


It-Tlieta

10.30 am - 11.30 am

Il-Ħamis

5.30 pm - 7.00 pm

 

 

Kuntatt Magħna

Uffiċċju Parrokkjali
 Triq il-Gendus - Bormla
 
 Tel:  21 828 413
Mob: 79 828 413

 Fax: 2180 0002

 email: arċipriet

 

Channel Uffiċċjali fuq YouTube

View / Sign Guestbook

Today is 26 September 2017

Flimkien

Flimkien

Il-Qaddis tal-Ġurnata

 

 

 
 

 

 

         

Paġna fuq Facebook tal-Magazine Flimkien Pagna fuq Facebook  

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com