Author: Brian Buhagiar

Avviżi 19–7–2020

  1. Mill-Ħadd li ġej, jekk Alla jrid, se nżidu quddiesa oħra filgħodu bil-ħsieb li nersqu aktar lejn in-normal. Għalhekk il-quddies nhar il-Ħadd se jkun fis-7.00, fid-9.00 u fil-11.30 filgħodu u fil-5.00 filgħaxija. Il-quddiesa tat-8.00 am issa se terga tibda ssir fis-7.00 am. Fost il-ġimgħa se nibqgħu kif aħna għalissa.
  2. Nhar is-Sibt li ġej se jkun organizzat BBQ fi Ġnien il-Familja miċ-Ċentru 19 ta’ Novembru. Id-dettalji u l-biljetti miċ-Ċentru stess.
  3. Fetħu l-applikazzjonijiet għall-adulti li jixtiequ jagħmlu xi kors biex jitgħallmu xi ħaġa u jtejbu l-ħajja tagħhom. Inħajjarkom ħafna biex jekk għandkom ċans tippruvaw wieħed mill-korsijiet. Min jitħajjar jista’ jsib aktar dettalji min-notice-board tas-sagristija jew mill-Kunsill Lokali.
  4. Il-Ħamis 6 ta’ Awwissu se tkun organizzata ġurnata għal Għawdex. Ikun hemm ukoll il-ħin għat-tombla.
  5. Jekk jista’ jkun meta tiġu l-Knisja ilbsu l-maskli jew il-visor.

R.I.P.:  Rita Pace, Victoria Vella u Antonio Spiteri.

Avviżi 12.07.2020

  1. Għada  fl-10.00 am se tiġi ċċelebrata l-Griżma tal-Isqof. Nitolbu għal dawn it 23 tifel u tifla u l-ġenituri tagħhom biex l-Ispirtu s-Santu jgħinhom permezz tad-Doni tiegħu. Il-quddiesa tal-11.00 am toħroġ ftit tard.
  2. Nhar il-Ħamis se ssir ġurnata l-Armier għall-bżonnijiet tal-Knisja.
  3. Nhar il-Ġimgħa il-Grupp taż-Żgħażagħ se jorganizzaw laqgħa speċjali biex jistiednu lill-preadoloxxenti li għadhom kemm għamlu l-Griżma. Il-laqgħa tibda fis-6.30 pm fiċ-Ċentru Sagra Familja. Ħajjru liż-żgħażagħ biex jattendu.
  4. Infakkarkom ukoll li min jixtieq li jgħammed lit-tfal għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali. Issa li bdejna niftħu ftit wara l-COVID 19, jistgħu isiru l-Magħmudijiet.
  5. Illum it-2 Ħadd tax-xahar qed issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja. Bħalissa għaddejjin b’żewġ xogħolijiet prinċipali. Qed tiġi restawrata il-pittura ta’ Cali li hemm fil-koppla tal-Kurċifiss u din il-ġimgħa bdejna wkoll ix-xogħol ta’ restawr fuq il-kopletta tas-Sagrament. Il-ħsieb tagħna huwa li nippruvaw ftit ftit inlestu r-restawr tal-bejt kollu tal-Knisja ħalli mbagħad bil-mod il-mod ngħaddu ħalli nirrestawraw il-Knisja minn ġewwa. Dan ix-xogħol nidħlu għalih għax fiduċjużi fl-għajnuna tagħkom permezz tad-donazzjonijiet.