Author: Brian Buhagiar

Avviżi 5 – 7 – 20

Nhar il-Ħadd li ġej, jekk Alla jrid, se tiġi ċċelebrata l-Griżma tal-Isqof fl-10.00 am. Nitolbu għal dawn it-tfal u l-ġenituri tagħhom biex l-Ispirtu s-Santu jgħinhom permezz tad-Doni tiegħu. Il-quddiesa tal-11.00 am toħroġ ftit tard.

Għalhekk għada it-Tnejn se ssir laqgħa għall-ġenituri biex tingħata l-aħħar informazzjoni dwar il-Griżma. Il-laqgħa se ssir fil-Knisja fis-6.30 pm.

  • Kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa fis-6.30 pm qed issir il-laqgħa tal-Grupp taż-Żgħażagħ. Ħajjruhom jattendu. Jagħmlu ħafna laqgħat interessanti għaż-żgħażagħ. It-Tnejn, per eżempju, se jmorru l-Irnella ħdejn il-baħar u jagħmlu water-games.
  • Il-Ħamis 16 ta’ Lulju se ssir ġurnata l-Armier għall-bżonnijiet tal-Knisja.
  • Ippermettuli wkoll infakkarkom fil-€5 tax-xahar. Kemm ilna bil-pandemija, l-flus nixfu. Nitlobkom tgħinuna.

Avviżi: 28 – 6 – 20

  • Għada fil-għodu se ssir l-Ewwel Tqarbina fl-10.00. Nitolbu ħafna għal dawn it-tfal u għall-ġenituri tagħhom.
  • Nhar it-Tnejn niċċelebraw il-Festa tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl – l-Imnarja. Peress li hija Festa Pubblika imma mhux Kmandata il-quddies ikun fis-7.00 u fit-8.30 am u fis-6.00 pm. Jiġifieri se jkollna quddiesa extra fit-8.30 am.
  • Minn nhar is-Sibt li ġej se jerġgħu jibdew isiru żewġ quddisiet fil-għaxija bħal ma konna qabel. Jiġifieri nhar is-Sibt li ġej fil-għaxija se jkun hawn quddiesa fil-4.45 u oħra fis-6.00. Bħal ma konna qabel.
  • Min jixtieq DVD tal-Ispettaklu li sar is-sena li għaddiet u li ntwera din il-ġimgħa fuq TVM2, jista’ jakkwista kopja mis-sagristija.

R.I.P.:   Paul Żammit.