Author: Brian Buhagiar

Henjin il-foqra fl-ispirtu.

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

Mt 5, 1-12

F’dak iż-żmien, kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:

“Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.

Henjin l-imnikkta,għax huma jkunu mfarrġa.

Henjin ta’ qalbhom ħelwa,għax huma jkollhom b’wirthom l-art.Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja,għax huma jkunu mxebbgħin.

Henjin dawk li jħennu,għax huma jsibu ħniena.Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ’l Alla.

Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla.

Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.

Henjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija. Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitawhom lill-profeti li kienu qabilkom”.

Il-Kelma tal-MulejR/. Tifħir lilek Kristu

Henjin il-foqra fl-ispirtu. Qari mill-Evanġelju skont San MattewMt 5, 1-12F’dak iż-żmien, kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:“Henjin il-foqra fl-ispirtu,għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.Henjin l-imnikkta,għax huma jkunu mfarrġa.Henjin ta’ qalbhom ħelwa,għax huma jkollhom b’wirthom l-art.Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja,għax huma jkunu mxebbgħin.Henjin dawk li jħennu,għax huma jsibu ħniena.Henjin dawk li huma safja f’qalbhom,għax huma jaraw ’l Alla.Henjin dawk li jġibu l-paċi,għax huma jissejħu wlied Alla.Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa,għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.Henjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija.Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitawhom lill-profeti li kienu qabilkom”. Il-Kelma tal-MulejR/. Tifħir lilek Kristu

Posted by RevCan Emmanuel Schembri on Sunday, June 7, 2020

It-Trinità Qaddisa

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu,lil Alla li hu, u li kien, u li għad irid jiġi.Qari mill-Evanġelju skond San ĠwannĠw 3, 16-18F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla”.Il-Kelma tal-MulejR/. Tifħir lilek Kristu

It-Trinità Qaddisa:Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu,lil Alla li hu, u li kien, u li għad irid jiġi.Qari mill-Evanġelju skond San ĠwannĠw 3, 16-18 F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla”. Il-Kelma tal-MulejR/. Tifħir lilek Kristu

Posted by RevCan Emmanuel Schembri on Saturday, June 6, 2020