- Jekk Alla jrid nhar is-Sibt 3 ta’ Ottubru se jkun magħna Mons. Vigarju Mons. Joseph Galea Curmi sabiex jagħti l-pusses bħala Kanonċi effettivi fil-Kapitlu tagħna lil Dun Mario, Dun Noel, u Dun Anthony. Il-pussess jingħata fis-5.45 pm qabel il-quddiesa tas-Salve. Nitolbu għalihom biex Alla jagħtihom l-għajnuna tiegħu fil-ħidma spiritwali fi ħdan il-parroċċa ta’ Bormla.
- Nhar it-Tlieta li ġejjin hija s-Solennita’ għażiża tat-Twelid tal-Verġni Marija. Peress li mhix festa kmandata, il-quddies ikun bħal nhar ta’ xogħol, jiġifieri fis-7.00 am u fis-6.00 pm. Nitolbu wkoll għal ħutna senglejani li jiċċelebraw il-Festa titulari tagħhom.
- Nhar it-Tlieta wkoll, fl-10.00 am se ssir quddies li fiha jingħata s-Sagrament tal-Magħmudija.
- Nhar is-Sibt niċċelebraw it-tielet Sibt tal-Kunċizzjoni. Bħas-soltu ikun hemm il-kurunella u Salve Regina fil-5:30 pm, imbagħad inkomplu bil-quddiesa tas-6:00 pm.
R.I.P.: Alfred Marlow.