- Għada fil-għodu se ssir l-Ewwel Tqarbina fl-10.00. Nitolbu ħafna għal dawn it-tfal u għall-ġenituri tagħhom.
- Nhar it-Tnejn niċċelebraw il-Festa tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl – l-Imnarja. Peress li hija Festa Pubblika imma mhux Kmandata il-quddies ikun fis-7.00 u fit-8.30 am u fis-6.00 pm. Jiġifieri se jkollna quddiesa extra fit-8.30 am.
- Minn nhar is-Sibt li ġej se jerġgħu jibdew isiru żewġ quddisiet fil-għaxija bħal ma konna qabel. Jiġifieri nhar is-Sibt li ġej fil-għaxija se jkun hawn quddiesa fil-4.45 u oħra fis-6.00. Bħal ma konna qabel.
- Min jixtieq DVD tal-Ispettaklu li sar is-sena li għaddiet u li ntwera din il-ġimgħa fuq TVM2, jista’ jakkwista kopja mis-sagristija.
R.I.P.: Paul Żammit.