- Għada fl-10.00 am se tiġi ċċelebrata l-Griżma tal-Isqof. Nitolbu għal dawn it 23 tifel u tifla u l-ġenituri tagħhom biex l-Ispirtu s-Santu jgħinhom permezz tad-Doni tiegħu. Il-quddiesa tal-11.00 am toħroġ ftit tard.
- Nhar il-Ħamis se ssir ġurnata l-Armier għall-bżonnijiet tal-Knisja.
- Nhar il-Ġimgħa il-Grupp taż-Żgħażagħ se jorganizzaw laqgħa speċjali biex jistiednu lill-preadoloxxenti li għadhom kemm għamlu l-Griżma. Il-laqgħa tibda fis-6.30 pm fiċ-Ċentru Sagra Familja. Ħajjru liż-żgħażagħ biex jattendu.
- Infakkarkom ukoll li min jixtieq li jgħammed lit-tfal għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali. Issa li bdejna niftħu ftit wara l-COVID 19, jistgħu isiru l-Magħmudijiet.
- Illum it-2 Ħadd tax-xahar qed issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja. Bħalissa għaddejjin b’żewġ xogħolijiet prinċipali. Qed tiġi restawrata il-pittura ta’ Cali li hemm fil-koppla tal-Kurċifiss u din il-ġimgħa bdejna wkoll ix-xogħol ta’ restawr fuq il-kopletta tas-Sagrament. Il-ħsieb tagħna huwa li nippruvaw ftit ftit inlestu r-restawr tal-bejt kollu tal-Knisja ħalli mbagħad bil-mod il-mod ngħaddu ħalli nirrestawraw il-Knisja minn ġewwa. Dan ix-xogħol nidħlu għalih għax fiduċjużi fl-għajnuna tagħkom permezz tad-donazzjonijiet.
Monthly Archives: July 2020
Kopletta tas-Sagrament
Nhar il-Ħamis 2 ta’ Lulju beda x-xogħol ta’ restawr fuq il-Kopletta tas-Sagrament u l-ħitan li hemm madwarha.
Bħal ma tistgħu taraw mir-ritratti, l-ewwel biċċa xogħol hija li jinkixef kollox minn żieda ta’ materjal fuq l-oriġinal u anke jinfetħu u jitnaddfu l-fili kollha.
Nittama li ma ddumx ma tkun lesta ħalli bil-mod il-mod u waħda waħda inkunu dorna l-għaxar kopletti li hemm.
Grazzi tas-sapport tagħkom u nitlobkom tibqgħu tgħinuna b’xi donazzjoni.
Dun Anton