- Nhar is-Sibt li ġej, bil-għajnuna t’Alla, niċċelebraw l-Ewwel Sibt tal-Kunċizzjoni. Qabel il-quddiesa tas-6.00 pm titkanta l-Ave Maris Stella, tingħad il-Kurunella u jitkanta s-Salve. Din is-sena is-Sibtijiet tal-Kunċizzjoni se jsiru minn diversi kanonċi tal-Kolleġġjata tagħna.
Irrid inħabbrilkom ukoll li Mons. Arċisqof innomina tliet saċerdoti biex jingħaqdu bħala Kanonċi Effettivi mal-Kapitlu tagħna. Dawn huma: Dun Mario Sammut minn Ħaż-Żebbuġ li għamel żmien bħala Djaknu fil-parroċċa tagħna, Dun Anthony Fitzpatrick li ftit ilu kien viċi hawnhekk Bormla u Dun Noel Camilleri D’Amato miż-Żurrieq li ġieli ta l-għajnuna tiegħu fil-quddies hawnhekk. Nifirħulhom u ‘l quddiem inħabbru d-data ta’ meta l-aħjar li jkun jista’ jsir il-pussess tagħhom bħala Kanonċi.
R.I.P.: Mary Jourdan u Carmelo Cassar.