Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu,lil Alla li hu, u li kien, u li għad irid jiġi.Qari mill-Evanġelju skond San ĠwannĠw 3, 16-18F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla”.Il-Kelma tal-MulejR/. Tifħir lilek Kristu