Kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu.

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

Mt 5, 27-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu xi ntqal: “La tagħmilx adulterju”. Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu.

Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern.

U jekk idek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jmur fl-infern.

Intqal ukoll: “Min jibgħat lil martu jkollu jagħtiha l-kitba tad-divorzju”. Imma jiena ngħidilkom li kull min jibgħat lil martu barra l-każ ta’ żwieġ ħażin, iwaqqagħha fl-adulterju; u min jiżżewweġ waħda mibgħuta minn ħaddieħor jagħmel adulterju”.

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu

Oħroġ, u oqgħod fuq il-muntanja quddiem il-Mulej!Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten1 Slaten 19, 9a.11-16F’dak iż-żmien, Elija wasal fil-Ħoreb, il-muntanja ta’ Alla. Hemmhekk daħal fl-għar u għadda l-lejl ġo fih. U Alla qallu: “Oħroġ, u oqgħod fuq il-muntanja quddiem il-Mulej”. U hemm hu, jgħaddi l-Mulej; riħ qawwi, b’saħħa li jofroq il-muntanji u jfarrak il-blat, għadda quddiem il-Mulej; imma l-Mulej ma kienx f’dan ir-riħ. U wara dan ir-riħ theżżet l-art imma l-Mulej ma kienx f’din it-theżżiża. U wara t-theżżiża kien hemm in-nar, imma l-Mulej ma kienx fin-nar. Wara n-nar inħasset żiffa ħelwa. Elija, kif ħassha, għatta wiċċu bil-mantell, ħareġ barra, u waqaf f’bieb l-għar. U fil-ħin jisma’ leħen jgħidlu: “X’inti tagħmel hawn, Elija?”. U hu wieġeb: “Għandi qalbi tħeġġeġ għall-aħħar għall-Mulej, Alla tal-eżerċti, għaliex ulied Iżrael ħallew il-patt tiegħek, farrku l-altari tiegħek, u ’l-profeti tiegħek qatluhom bix-xabla. Jien waħdi bqajt, u qegħdin ifittxu jneħħuli ħajti”. Il-Mulej qal lil Elija: “Itlaq u erġa’ aqbad triqtek lejn id-deżert ta’ Damasku. U malli tasal, idlek lil Ħażael bħala sultan ta’ Aram; hekk ukoll lil Ġeħu bin Nimsi, idilku sultan ta’ Iżrael; u lil Eliżew bin Safat, ta’ Abel-meħola, idilku profeta flokok”.Il-Kelma tal-MulejR/. Irroddu ħajr lil Alla_____________________________________________Kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu.Qari mill-Evanġelju skont San MattewMt 5, 27-32F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu xi ntqal: “La tagħmilx adulterju”. Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu. Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern. U jekk idek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jmur fl-infern. Intqal ukoll: “Min jibgħat lil martu jkollu jagħtiha l-kitba tad-divorzju”. Imma jiena ngħidilkom li kull min jibgħat lil martu barra l-każ ta’ żwieġ ħażin, iwaqqagħha fl-adulterju; u min jiżżewweġ waħda mibgħuta minn ħaddieħor jagħmel adulterju”.Il-Kelma tal-MulejR/. Tifħir lilek Kristu

Posted by RevCan Emmanuel Schembri on Thursday, June 11, 2020

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *