- Mill-Ħadd li ġej, jekk Alla jrid, se nżidu quddiesa oħra filgħodu bil-ħsieb li nersqu aktar lejn in-normal. Għalhekk il-quddies nhar il-Ħadd se jkun fis-7.00, fid-9.00 u fil-11.30 filgħodu u fil-5.00 filgħaxija. Il-quddiesa tat-8.00 am issa se terga tibda ssir fis-7.00 am. Fost il-ġimgħa se nibqgħu kif aħna għalissa.
- Nhar is-Sibt li ġej se jkun organizzat BBQ fi Ġnien il-Familja miċ-Ċentru 19 ta’ Novembru. Id-dettalji u l-biljetti miċ-Ċentru stess.
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-adulti li jixtiequ jagħmlu xi kors biex jitgħallmu xi ħaġa u jtejbu l-ħajja tagħhom. Inħajjarkom ħafna biex jekk għandkom ċans tippruvaw wieħed mill-korsijiet. Min jitħajjar jista’ jsib aktar dettalji min-notice-board tas-sagristija jew mill-Kunsill Lokali.
- Il-Ħamis 6 ta’ Awwissu se tkun organizzata ġurnata għal Għawdex. Ikun hemm ukoll il-ħin għat-tombla.
- Jekk jista’ jkun meta tiġu l-Knisja ilbsu l-maskli jew il-visor.
R.I.P.: Rita Pace, Victoria Vella u Antonio Spiteri.