kitba ta’ John Galea
Bormula, illum Bormla, kienet komunita’ antika madwar id-daħla ta’ ġewwa tal-Port tal-Galeri. Fi żmien l-Assedju l-Kbir ta’ l-1565 il-Granmastru La Valette ordna li jitwaqqgħu ħafna mid-djar biex l-għadu ma jkollux fejn jistkenn.
Iżda sa l-1575 il-popolazzjoni reggħet żdiedet u laħqet l-1200 abitant. Kien għalhekk li l-poplu talab li Bormla tinqata’ mill-Parroċċa tal-Birgu u din it-talba ġiet milqugha fl-1586 b’Dun Mikiel Cap bħala l-ewwel kappillan tal-Parroċċa l-ġdida.
L-ewwel knisja parrokkjali iddedikata lill-Immakulat Konċepiment ta’ Marija kienet tikkonsisti f’kappella żgħira fuq l-għolja magħrufa bħala l-Għolja tal-Ġonna. Ġiet imkabbra u mżejna lejn is-snin 1627 -1630.
Fi żmien il-kappillan Gian Mari’ Barbara beda l-bini ta’ knisja ġdida għall-ħabta ta’ l-1680. Ix-xogħol fuq il-bini waqaf divesi drabi minħabba l-faqar, l-aktar fl-1676 minħabba l-pesta. Tlestiet kif narawha llum fl-1735.
Fl-1822 il-Papa Piju VII ipproklama l-erezzjoni tal-Parroċċa għall-Kolleġġjata Per Insigni bl-Arċipriet, Dinjitarji u Kanoniċi.