Festi fil-Parroċċa ta’ Bormla

Kitba ta’ John Galea

Festa Titulari

Il-festa titulari ta’ Marija Mmakulata tiġi ċċelebrata sollennament ta’ kull sena nhar it-8 ta’ Diċembru.  Issir Novena bi preparazzjoni li, fil-Parroċċa ta’ Bormla, għada ssir fil-għodu kmieni, waqt li lejliet il-festa issir it-Tranzulazzjoni u l-Għasar sollenni.  Nhar il-festa fil-għodu issir il-Quddiesa kantata bil-paniġierku u fil-għaxija ssir il-purċissjoni bl-istatwa devota ta’ Marija Mmakulata.

Il-Kwaranturi

Ġewwa l-Parroċċa ta’ Bormla isiru b’solennita wkoll it-tliett t’ijiem tal-Kwaranturi li jibdew nhar Ħadd il-Pentekoste u jispiċċaw it-Tlieta ta’ wara, b’purċissjoni bis-sagrament bis-sehem tal-Iscouts, il-fratelli u l-banda San Ġorg.

Toħrog ukoll purċissjoni bis-sagrament fil-festa ta’ Corpus Christi.

Il-Ġimgħa Mqaddsa

Ġo Bormla isiru wkoll il-festi tal-Ġimgha Mqaddsa fejn isiru l-funzjonijeit fil-knisja minn Ħadd il-Palm sal-Għid il-Kbir.  Isiru żewġ purċissjonijiet, bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira u dik ferm popolari mal-Maltin, ta’ Kristu Rxoxt nhar l-Għid il-Kbir filgħodu.

Festi Oħrajn

Barra minn dawn, isiru wkoll il-festi bil-purcissjoni ta’ San Ġużepp, fl-ewwel Ġimgħa ta’ Mejju, u dik tal-Madonna tar-Rużarju, fl-ewwel Ġimgħa ta’ Ottubru.

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *